Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6.30am, żagħżugħ ta’ 24 sena ttajjar minn karozza fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel ittajjar mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Fontana.
Iż-żagħżugħ ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>