Eluf ta’ partitarji Laburisti niżlu fit-toroq jiċċelebraw ir-rebħa elettorali…wara li aktar kmieni filghodu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali. Dan wassal biex ħafna ħarġu jiċċelebraw il-fatt li pajjiżna se jerġa jitmexxa minn Gvern Laburista.
Karozzi bil-partitarji bil-bnadar tal-Labour imlew it-toroq madwar il-pajjiż kollu … b’mod speċjali fiċ-ċentru tal-pajjiż.
L-inħawi ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema, kif kien mistenni kienu fost l-aktar li raw ċelebrazzjonijiet. Filwaqt li anke f’Għawdex, ħarġu n-nies fit-toroq.
Intant, ftit wara li hareg ir-riżultat, l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat tefa’ messagg fuq il-media socjali fejn stqarr li Malta tkellmet mill-ġdid bil-vot tagħha.
//= $special ?>