Coronavirus Lokali

COVID-19: 353 każ ġdid; imut raġel ieħor

Fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ieħor ta’ 81 sena kaġun tal-pandemija, bit-total ta’ mwiet kaġun tal-COVID-19 issa jitla għal 631.

Tħabbar ukoll li nstabu 353 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 163. B’hekk il-każi attivi żdiedu għal 4,053.

L-ammont ta’ pazjenti li bħalissa qiegħdin jiġu trattati għall-Covid fi ħdan l-Isptar Mater Dei issa tela’ għal 82, b’erbgħa persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.