Il-White House f’Washington qal li l-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, ma kienx qed isejjaħ għal bidla fir-reġim ta’ Moska. Dan wara li Biden, waqt diskors, tenna li ‘il-President (Russu) Vladimir Putin ma jistax ikompli fil-poter’.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken,spjega li Biden ried jiċċara li ‘Putin ma jistax jitħalla jeżerċita l-poter fuq l-Istati ġirien tar-Russja’—bil-Kremlin iwieġeb li ‘il-President tar-Russja hu elett mill-poplu u li l-Istati Uniti ma tiddeċidix id-destin tar-Russi’.
//= $special ?>