Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-qtil tal-Ġenerali Russi sar ‘konsistenti’

Sadanittant, il-qtil kontinwu tal-Ġenerali u uffiċjali militari oħra tar-Russja waqt l-invażjoni tal-Ukrajna qed ikompli jniżżel il-moral tat-truppi Russi — bl-osservaturi jaqblu li l-Ukreni qed jibbażaw fuq is-snipers biex ‘inaqqru mill-istrutturi tal-kmand mal-qawwiet tal-Kremlin’.

Hu anki kkonfermat li l-Ġeneral Russu Yakov Rezantsev, li nqatel nhar is-Sibt waqt waħda mill-battalji fl-Ukrajna, hu l-ogħla uffiċjal tal-Armata Russa li tilef ħajtu waqt l-invażjoni.