Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali b’marġini b’saħħtu.
Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela f’kollegament fuq ix-Xandir tal-Istat.
Malli tħabbar ir-riżultat mhux uffiċjali, kienu kbar iċ-elebrazzjonijiet fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar – fejn l-aġenti Laburisti fetħu bandiera tal-Greċja u bandiera b’simbolu Laburista.
Min-Naxxar, id-Deputat Mexxej Daniel Micallef qal li din hi “maġġoranza assoluta”.
