Mara ta’ 23 minn Marsaskala tinsab fil periklu li titlef ħajjitha wara li karozza li kienet fiha ħadet in-nar b’xi flares illum wara nofsinhar. Fl-istess karozza mal-mara kien hemm ukoll raġel ta’ 26 sena minn Ħaz Żabbar, u tifel ta’ 5 snin. It-tlieta lil huma kellhom jittieħdu b’urġenza l-isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas1.15pm f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.
Il-vittmi ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji, it-tifel bi ġrieħi gravi u r-raġel bi ġrieħi ħfief.Membri mid-Dipartiment tal Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>