Iċ-champion Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdija fiċ-ċirkwit ta’ Jeddah biex kiseb l-ewwel rebħa tal-istaġun. Max Verstappen kien f’taqtiegħa mas-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc li kklassifika fit-tieni post. L-Ispanjol ta’ Ferrari Carlos Sainz daħal fit-tielet post. Is-sewwieq ta’ RedBull Sergio Perez, li beda din it-tellieqa fil-pole position temm fir-raba’ post segwit mill-Ingliż ta’ Mercedes George Russell. Esteban Ocon ta’ Alpine u Lando Norris ta’ McLaren temmew fis-sitt u s-seba’ post rispettivament, bi Pierre Gasly itemm fit-tmien post.
Kevin Magnussen ta’ Haas daħal fid-disa’ post segwti minn Lewis Hamilton li temm fl-għaxar post. Għal Hamilton dan ir-riżultat diżappuntanti jkompli jitfa’ l-pressjoni fuq Mercedes sabiex isewwu l-problemi tekniċi li qed jaffetwaw il-prestazzjonijet tagħhom fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun.
//= $special ?>