Lokali

Raġel ta’ 53 sena jsofri ġrieħi gravi waqt serqa

Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-10.00am, raġel ta’ 53 sena sofra ġrieħi gravi waqt li kien fil-Furjana.

Ir-raġel mar l-għassa tal-Pulizija tal-Imsida fejn irraporta li ġie aggredit waqt li kien miexi, minn raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa.

L-allegat agressur seraq diversi affarijiet personali tal-vittma u ħarab minn fuq il-post.

Aktar tard issejħet ambulanza l-għassa tal-pulizija tal-Imsida, fejn ir-raġel ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed fl-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags