Lokali

Trailer bil-partitarji tal-Labour jaħbat f’żewġ karozzi; mara tqila l-isptar

Ritratt mill-Filmat ta' Lovin Malta

Trailer bil-partitarji tal-Labour li kienu qegħdin jiċċelebraw fi Triq Aldo Moro spiċċa baqa’ dieħel f’żewġ karozzi. Issit elettroniku LovinMalta ppubblika filmat tal-ħabta.

F’waħda minnhom kien hemm mara tqila li kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00pm, b’uffiċjali tal-Pulizija jaslu fil-post flimkien ma’ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar.

Mhux magħruf jekk kienx hemm persuni oħra li weġġgħu f’dan l-inċident u lanqas x’wassal bies is-sewwieq tat-trakk tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fiż-żewġ vetturi waqt carcade tar-rebħa.

Ritratt mill-filmat ta’ LovinMalta