Lokali

UFFIĊJALI: It-turnout fl-Elezzjoni Ġenerali niżel għal 85.5%

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, it-turnout kien ta' 92%

It-turnout uffiċjali fl-Elezzjoni Ġenerali niżel għal 85.5%.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali huwa kif ġej:

DistrettVotanti ReġistratiTotal%
125,86222,12485.55%
226,94023,47587.14%
327,56624,21687.85%
426,68823,18486.87%
527,05623,59087.19%
627,32123,86587.35%
727,92324,57788.02%
826,36022,74786.29%
926,00721,93684.35%
1026,77721,84881.59%
1127,40123,23384.79%
1228,24922,14278.38%
1330,92526,63886.14%
Total355,075303,57585.50%

Meta wieħed iqabbel dan it-turnout ma’ dak ta’ ħames snin ilu, kien hemm tnaqqis ta’ 6.6%. Minn dawk eleġibbli biex jivvutaw f’din l-elezzjoni ġenerali kien hemm 51,500 persuna li ma vvutawx.

Intant, il-Ħadd, filgħodu jibda l-proċess diġitali tal-iscanning. Kif jitlesta l-iscanning, is-sitema tikkalkula r-riżultati tal-partiti u tal-kandidati. Minn hawn, il-pubbliku jrid jistenna numru ta’ sigħat qabel il-konferma u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, li sa dak il-ħin ħadd mhu se jkun rahom. Dan minkejja li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm indikazzjonijiet ta’ liema partit ikun rebaħ l-elezzjoni.