Internazzjonali

Diskussjonijiet biex jintlaħaq qbil favur il-paċi bejn l-Ukrajna u r-Russja

Illum fit-Turkija mistennija li jiltaqgħu rappreżentanti tar-Russja u l-Ukrajna bit-tama li ż-żewġ pajjiżi jaslu għal qbil favur il-paċi.

Il-President Ukren, Volodymyr Zelenskyy qed jikkunsidra li jagħmel referendum dwar il-possibiltà li l-pajjiż  jibqa’ newtrali u ma jkollux x’jaqsam man-NATO. Dan jista’ jseħħ wara li t-truppi Russi jirtiraw mill-Ukrajna.

Zelenskyy qal li l-Ukrajna qed tistudja l-pass ‘l quddiem biex il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi jispiċċa darba  għal dejjem.

Aktar minn 10 miljun Ukren telqu minn djarhom hekk kif l-invażjoni tar-Russja daħlet fit-tieni xahar.