Iċ-ċiklist Egan Bernal irritorna għat-taħriġ wara l-inċident serju li kellu xahrejn ilu. Il-Kolumbjan ħabat f’karozza tal-linja waqt li kien qed jitħarreġ f’Jannar li għadda. Iċ-ċiklist ta’ 25 sena sarulu żewġ interventi fl-ispina ta’ dahru fejn stqarr li kien viċin il-mewt. Il-membru tat-tim ta’ Ineos Grenadiers tefa’ post fuq il-media soċjali lura fuq ir-rota. Bernal sofra ġriegħat f’dahru, f’saqajh u fsidru kawża ta’ dan l-inċident. Bernal huwa ċ-champion tal-Giro d’Italia filwaqt li fl-2019 hu sar l-ewwel Kolumbjan li rebaħ it-Tour de France.
//= $special ?>Egan Bernal jirritorna wara l-inċident ta’ xahrejn ilu
28 ta' Marzu 2022