Sigħat wara li s-soltu joħorġu ċ-ċifri ta’ kuljum tal-Covid-19, il-Ministeru tas-Saħħa baqa’ ma ħariġhomx.
Net News ipprova jagħmel kuntatt ma’ numru ta’ persuni responsabbli minn dan iżda baqa’ mhux imwieġeb.
Intant, skont dak li qed ikun irraportat fil-midja, tliet persuni tilfu ħajjithom kaġun tal-Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 360 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 134 persuna oħra. Madanakollu, dawn iċ-ċifri mhumiex konfermati mill-Ministeru tas-Saħħa.
//= $special ?>