L-awtoritajiet fil-belt Ukrena ta’ Mariupol qalu l-għexieren tal-eluf tar-residenti, qegħdin ibatu minn ‘katastrofi bla preċedent’ fost l-enfasi biex dawn iċ-ċivili jispiċċaw evakwati mill-inħawi ‘illum qabel għada’.
Sadanittant, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar qal li ma rnexxilux idaħħal l-għajnuna f’din il-belt li ilha l-ġimgħat taħt assedju minħabba li r-Russja u l-Ukrajna baqgħu ma qablux dwar il-garanzji għal rotot ta’ sigurtà.
L-Ukrajna qalet li ma kellhiex tiftaħ ir-rotot umanitarji mill-ibliet tagħha fost it-twissijiet dwar ‘azzjonijiet aggressivi mir-Russi’ fiz-zoni indikati. Dan ukoll meta r-rotot tas-sigurtà li twaqqfu biex jippermettu għall-evakwazzjonijiet taċ-ċivili mill-ibliet Ukreni kienu ċirkondati mill-qawwiet ta’ Kremlin.
//= $special ?>