Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Zelensky jista’ jiddiskuti status ta’ newtralità iżda qed jinsisti li dan jista’ isir biss b’referendum

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, qal li l-prioritajiet ta’ pajjiżu għandhom jibqgħu d-dritt tas-sovranità u r-rispett għall-integrità territorjali tal-Ukreni. Dan meta eluf ta’ ċittadini għadhom taħt assedju mill-magna tal-gwerra tal-President Russu, Vladimir Putin.

Zelensky qal dan fost it-tħejjijiet għar-rawnd li jmiss tat-taħditiet għall-paċi bejn l-Ukrajna u r-Russja …Djalogu li għandu jinvolvi laqgħat wiċċ-imb-wiċċ bejn ir-rappreżentanti ta’ Kiev u Moska li, sal-bieraħ, kienu qed jaslu fit-Turkija li qed tisponsorja dawn it-taħditiet.

Sadanittant, Zelensky ħareġ bil-kumment sinifikanti li huwa lest biex jiddiskuti sitwazzjoni fejn l-Ukrajna taddotta l-istatus ta’ pajjiż newtrali.

Din l-issue polemikuża ilha tqajjem id-diżgwid partikulari bejn l-Ukrajna u r-Russja meta talaħħar tinkwieta li l-Ukreni ‘huma eqreb l-influwenza tan-NATO’.

Madankollu, il-President Ukren għamilha ċara li kwalunkwe pass minn pajjiżu lejn status newtrali irid jgħaddi bilfors minn referendum nazzjonali.

L-Ukrajna, fit-taħditiet għall-paċi, mistennija tinsisti għal garanziji ta’ sigurtà effettivi u meta l-iskop tal-Gvern Ukren jibqa’ ‘ir-ritorn mill-aktar fis fl-ibliet tal-pajjiż’.

Intant, il-kelliema għal Moska, fl-aħħar sigħat, esprimew dubji li t-taħditiet mal-Ukreni jistgħu jibdew minn dan il-lejl.

Dan fost indikazzjonijiet li l-fażi ġdida tad-djalogu għandha tirranka mit-Tlieta filgħodu, fost it-tamiet għal żviluppi li għandhom jgħinu aktar lill-impenji umanitarji fl-Ukrajna.