Il-Kanada għamluha għat-Tazza tad-Dinja wara 36 sena meta għelbu lil Jamaica bl-iskor ta’ 4-0. B’din ir-rebħa f’Toronto il-Kanada aċċertaw ruħhom minn post mal-ewwel tlieta fil-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fil-CONCACAF. L-aħħar dehra tagħhom fit-Tazza tad-Dinja kienet fil-Messiku fl-1986, fejn temmew fl-aħħar post tal-grupp, bla ebda gowl.
Cyle Larin u Tajon Buchana tefgħu lil Kanada żewġ gowls vantaġġ fi tmiem l-ewwel taqsima, qabel Junior Hoilett u awto-gowl ta’ Adrian Mariappa għamluhom erba’ għat-tm Kanadiż.
L-Istati Uniti, il-Messiku, il-Kosta Rica u l-Panama kollha għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. Il-Messiku jaffaċjaw lil El Salvador flwaqt li l-Istati Uniti jilagħbu kontra l-Kosta Rica fl-aħħar partiti nhar L-Erbgħa.
F’partita oħra l-Istati Uniti kisbu rebħa ta’ 5-1 fuq il-Panama. Huma fetħu l-iskor fis-17-il minuta minn penalty ta’ Christian Pulisic fejn irduppjaw fit-23 minuta meta minn cross ta’ Antonee Robinson kien Paul Arriola li xeħet bir-ras għal 2-0. Fis-27 minuta huma skorjaw it-tielet gowl meta minn pass ta’ Paul Arriola kien Jesus Ferreira li kkonkluda fix-xibka.
Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima kien Christian Pulisic li għamilhom erba’ mill-ħdax-il metru. L-Istati Uniti żiedu l-ħames gowl permezz ta’ Christian Pulisic li għaqqad il-hat-trick personali, bil-Panama jiskorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni minn Anibal Godoy.
KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA
Ilbieraħ: Istati Uniti v Panama 5-1, Honduras v Messiku 0-1, Kanada v Jamaica 4-0
//= $special ?>