Elezzjoni 2022 Lokali

Il-PN intitolat għal żewġ siġġijiet Parlamentari oħra

Hekk kif il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda, il-Partit Nazzjonalista se jkun intitolat għal żewġ siġġijiet addizjonali biex l-għadd ta’ siġġijiet ikun jirrifletti d-distakk fir-riżultat elettorali.

Dan l-aġġustament, kif mitlub skont il-Liġi Elettorali, ifisser li d-differenza fl-ammont ta’ siġġijiet bejn iż-żewġ partiti se jkun ta’ disgħa, bil-Kummissjoni Elettorali tikkonferma li ż-żewġ Kandidati tal-Partit Nazzjonalista li se jkunu eletti b’din is-sistema jkunu Toni Bezzina u Ian Vassallo.