Ir-Ramblers’ Association of Malta qed tappella lill-Gvern biex iwaqqaf kull xogħolijiet pjanati fis-sit Natura 2000 ta’ Ta’ Baldu, ir-Rabat.
L-għaqda irċeviet informazzjoni li passaġġ antik li jgħaddi minn dan is-sit ta’ memorja nazzjonali skedat kien qiegħed jiġi imħaffer b’gaffa, possibiliment sabiex jingħata l-konkrit fuqu.
L-għaqda tfakkar lill-Gvern fil-wegħda tiegħu li ħa jagħti prijorità lill-ambjent u jwaqqaf din il-qerda tal-wirt rurali Malti.
Qabel ma bdew ix-xogħolijiet Wara li bdew ix-xogħolijiet Iż-żona Ta’ Baldu