Lokali

Ir-riżultat elettorali preżentat lill-President Vella

Ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali ġie preżentat lill-President ta’ Malta George Vella kmieni dalgħodu.

Dan wara li għalaq il-proċess elettorali tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, li sar b’mod elettorniku.

Sa dalgħodu, irriżultat uffiċjali – distrett b’distrett – tal-elezzjoni li saret is-Sibt, kien għadu mhuwiex ippubblikat fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali. Għalkemm imbgħad ħareġ għall-ħabta tal-11:30am waqt li Robert Abela kien qed jieħu l-ġurament.