Sport Sport Ieħor

Isir il-funeral tal-eks player tal-Arġentina Martin Aramburu

Fi Biarritz sar il-funeral ta’ Federico Martin Aramburu ex plejer tat-tim Nazzjonali tal-Argentina.

Aramburu ta’ 42 sena nqatel f’Saint Germain fil-kapitali Franċiża wara li hu u xi ħbieb kienu involuti f ‘ tilwima ma’ grupp ieħor f’kafetterija .

Tliet persuni ġew arrestati b’rabta mal-qtil ta’ Aramburu li baqa’ magħruf bit-try li għamel meta l-Arġentina għelbet lil Franza fit-Tazza tad-Dinja tal-2007 fil-playoff tat-tielet post.

Huwa lagħab fi Franza għal Biarritz, Perpignan u Dax mill-2004 sal-2010, rebaħ it-titlu darbtejn ma’ Biarritz u aktar tard ħadem fil-bord tad-diretturi tal-klabb.

Minn meta rtira, Aramburu għex Biarritz u ħadem għal kumpanija tat-turiżmu.

Bernard Laporte, il-kowċ ta’ Franza fl-2007 u issa president tal-Federazzjoni Franċiża tar-Rugby, kif ukoll il-leġġenda tar-rugby u l-eks president ta’ Biarritz Serge Blanco kienu fost il-persinalitajiet mid-dinja tar-rugby li attendew għall-funeral.

Preżenti fil-knisja ta’ Saint-Eugenie l-armla ta’ Arumburu Maria u ż-żewġt ibniet tagħhom Trinidad u Justina.

It-tebut ta’ Aramburu inġarr fil-knisja mill-eks plejers tal-klabb Thomas Lievremont , Nicolas Brusque , Manuel Carizza u Shaun Hegarty, li kien miegħu fil-kafetterija fejn seħħet it-traġedja.