Bidwi Għawdxi ngħata kumpens ta’ €500 f’deċiżjoni li ngħatat mit-Tribunal għat-Talbiet Żgħar wara li logħob tan-nar ħarqalu parti mill-għalqa tiegħu. Kien fit-12 ta’ Lulju ta’ erba’ snin ilu parti mill-wiċċ tar-raba tiegħu qabad u kellhom ikunu tliet inġenji tat-tifi tan-nar kellhom jassistuh biex jikkontolaaw in-nirien.
Il-bidwi, Joseph Sultana, fetaħ il-każ kontra s-Soċjetà Filarmoniku La Stella tar-Rabat, Għawdex, dwar l-inċident. Huwa sostna li logħob tan-nar maħruq minn fuq l-għolja ta’ Gelmus niżel fuq l-għalqa tiegħu.
Is-soċjetà mużikali ma qablitx mat-teżi tal-bidwi u qalet li ma kinitx taf fejn hi l-għalqa tiegħu u qalet aktarx li f’Lulju ma jibqax wiċċ tar-raba’ bħal ġara’ jew silla li ma jkunx miġbur u ppakkjat.
Hija qalet ukoll li dakinhar ftit inħaraq nar tal-ajru u r-rapport lill-Pulizija sar wara li għaddew festi oħra fil-Belt Victoria stess. Numru ta’ bdiewa fl-inħawi xehedu dwar l-inċident fit-Tribunal, ippresedut mill-Avukat Michela Spiteri.
Uffiċjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qalu f-xhieda tagħhom li fil-jum imsemmi kienu msejjħa fuq il-post tliet inġenji tat-tifi tan-nar biex jitfgħu n-nirien. It-Tribunal għal Talbiet Żgħar ikkonkluda li kollox jindika li l-inċident seħħ minħabba nirien ikkawżati mill-imsemmi soċjetà mużikali u ordnalha tħallas lill-bidwi €500 f’danni.