Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball sejħet laqgħa urġenti it-Tnejn filgħaxija biex jkun diskuss inċident allegatament ta’ match-fixing fil-partita tal-BOV Mens’ National League bejn Hibernians u Depiro. II-Kunsill se jkun qed iħares lejn il-prestazzjoni u l-attitudni tal-players taż-żewġ timijiet lejn tmiem il-partita. Il-Kunsill ma jeskludix li jiftaħ proċeduri dixxiplinarji. Dan l-inċident kien irrapurtat ukoll fil-media Taljana.
//= $special ?>Laqgħa urġenti dwar każ ta’ allegat ‘match fixing’ fil-partita bejn Hibernians u Depiro
28 ta' Marzu 2022