Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina jisraq ħanut f’Ħal Qormi

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.15pm, raġel mgħammad u armat b’sikkina daħala f’ħanut fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi u talab il-flus lill-kaxxier.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, wettaq is-serqa fil-ħanut fejn kien hemm il-kaxxier, raġel ta’ 57 sena residenti Birkirkara.

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.