Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill- Imhallef Giovanni Grixti ordnat biex każ jerġa’ jinstema’ mill-ġdid quddiem il-Qorti tal-Maġistrati peress li mara residenti l-Imtarfa qalet li m’ammettietx każ ta theddid fil-konfront tas-sieħeb tagħha u li ma kinitx assistita minn avukat waqt il-kumpilazzjoni tagħha.
L-Ispettur Eman Hayman kien beda proċeduri kontra l-mara ta’48 sena u akkużaha li fl-Mtarfa fis-17 ta’ Novembru 2020 ghall-habta tat-8:30 a.m. insulentat, użat kliem ta’’theddid, li użat apparat ta’ komunikazzjoni elettroniku b’mod mhux xieraq.
Ingħad ukoll li ma obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija sabiex tattendi meta mitluba u tieħu magħha dokumenti li l-Pulizija kienu jenħtieġu fuq xi nvestigazzjoni. Il-Qorti tal-Magistrati fit-23 ta’ Frar 2021 sabet lill-imputata ħatja tal-akkużi kollha miġjuba fil-konfront tagħha rabtet lil mara b’obbligazzjoni tagħha nnifisha taht penali ta’ €2,000 għal żmien sena.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni tat-trażżin fil-konfront tagħha favur il-vittma għal żmien tliet snin mid-data tas-sentenza. Izda dan m’ghandux ixekkel komunikazzjoni bejn l-imputata u l-vittma rigward binthom minuri. Il-mara appellat mis-sentenza fejn talbet lil l-Qorti tal-Appell tiddikjaraha nulla jew thassar u tirrevoka, nkella li tibgħat l-atti quddiem l-ewwel Qorti ghall-kontinwazzjoni u/jew ghas-smiegh mill-gdid tal-każ, inkella tilliberaha minn kull ħtija u piena.
Hija qalet li quddiem l-ewwel Qorti qatt ma ammettiet u qatt ma riedet tammetti l-akkużi u li qatt ma kienet legalment assistita waqt is-seduta minkejja li hekk kien indikat;. Il-Qorti semghet bil-gurament lill-Avukat Franco Galea li kien l-avukat li assista lill-appellanta quddiem l-ewwel Qorti.
Galea xehed li jiftakar li kien fl-awla dak il-hin sabiex jdher għall-klijenti tieghu izda mhux għal mara li lanqas biss jaf min hi u qatt ma ghamel rappresentazzjoni ghaliha quddiem l-ewwel Qorti. Tenna li jiftakar li l-imputata bdiet tolfoq u titriegħed wara li kienet talbet differiment ghaliex l-avukat taghha ma setgħetx titla’ tassistiha dakinhar u kienet qaltilha li kienet kitbet lill-Qorti dwar dan.
L-Avukat qal li jiftakar car illi wara li f’hin minnhom l-appellanta bdiet titriegħed u tibki u qal li hija ma kienitx assistita quddiem l-ewwel Qorti u madwar jumejn kien avviċinah l-Avukat Roberto Montalto biex jistaqsieh jekk kienx assista lil mara u x’kien ġara;
Il-Qorti semghet ukoll bil-ġurament lill-appellanta li ċaħdet li qatt irreġistrat ammissjoni quddiem l-ewwel Qorti u ddikjarat illi f’dik l-udjenza kienet infurmat lill-Qorti illi l-avukat taghha, Dr. Lara Dimitrijevic kienet indisposta u għalhekk meta semgħet li l-kawża kienet xorta waħda fil-process ta’ smiegħ ma setgħetx temmen li dak kollu kien qed iseħħ fil-konfront tagħha u kif il-kawża kienet deċiża mingħajr ma kienet assistita mill-avukat difensur tagħha; Il-Qorti tal-Appell iddikjarat is-sentenza appellata nulla.
//= $special ?>