Futbol Sport

“Sodisfatt bil-prestazzjoni tat-tim kontra l-Azerbaijan” – Devis Mangia

(Ritratt: MFA)

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia stqarr li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tat-tim kontra l-Azerbaijan. Mangia innota li t-tim Malti irid jieħu ċ-ċansijiet ta’ skor li kellu kontra l-Azerbaijan fejn qal li t-tim irid ikun teknikament tajjeb ħafna sabiex jegħleb lil Kuwajt. Il-Kuwajt biddlu l-coach wara l-aħħar partiti bit-tim tekniku jħares biss lejn il-partita kontra l-Latvja.

Mangia spjega kif għalkemm se jkun hemm xix tibdiliet mill-ewwel ħdax, id-difensur James Brown jista’ jkun li ma jkunx parti mit-tim, jekk ma jkunx fiżikament mija fil-mija. Matthew Grech se jieħu post Jake Galea li mhux se jkun diżpost għal Mangia, filwaqt li Paul Mbong se jingħaqad mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena għall-partita kontra l-Litwanja.

Jurgen Degabriele qal li t-tim irid jiffoka fuq il-prestazzjonijiet pożittivi bil-players determinati li jieħdu ċ-ċansijiet li joħolqu matul il-partita.