Raġel ta’ 45 sena residenti l-Furjana kellu l-appell tiegħu fuq sentenza ta’ disa’ xhur ħabs miċħud wara li fid-9 ta’ Novembru tal-2020 fl-4.15 a.m. ġewwa Telgħet il-Kurċifiss fil-Furjana kien wettaq serqa minn niċċa. Huwa kien ammetta li seraq flus kontanti u kkaġuna ħsara fil-bieba ta’ l-istess niċċa.
Kevin Azzopardi li għandu problema akuta ta’ droga u magħruf sew mal-Pulizija appella mis-sentenza u talab lill-Qorti tal-Appell Kriminali biex kif seħħ f’każijiet oħra fil-konfront ta’ ħaddieħor jingħata opportunità u jingħata piena alternattiva.
Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Giovanni Gricti qalet li għal diversi drabi Azzopardi kien instab ħati fuq reati ta’ serq. Minn naħa tiegħu huwa ċċita sentenzi oħra milll-Qorti tal-Appell fejn qal li divesri persuni nghataw opportunità li jirriformaw rwieħhom bi bdil ta’ sentenzi ta’ prigunerija.
Il-Qorti tal-Appell qalet li eżaminat dawk is-sentenzi u hi tal-fehma li l-motivazzjoni murija f’dawk il-persuni li kienu appellaw minn sentenzi simili kienet diversa minn dik ta’ Azzopardi . Minn naħa tiegħu huwa ma ressaq l-ebda raġuni valida ghaliex il-Qorti għandha b’mod eċċezzjonali tirriforma s-sentenza appellata fuq il-piena.
Dan għaliex Azzopardi mhuwiex kandidat tajjeb sabiex ikunu applikati fil-konfront tiegħu pieni alternattivi ghall-inkarċerazzjoni, almenu għalissa, u sakemm jifhem li l-Qrati investew hafna ħin u rizorzi fir-riabilitazjoni tiegħu li hu ma għarafx jisfrutta.
L-Ewwel Qorti kienet irrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs jaghti lil-limputat l-għajnuna kollha possibli, dejjem sa fejn ikun hemm rieda tal-imputat, sabiex matul l-iskontar tas-sentenza tiegħu huwa jiehu l-għajnuna possibli kollha biex jindirizza l-vizzju tiegħu tad-droga. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.
//= $special ?>