Ċiklista tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq Għar Dalam, iż-Żejtun.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm mara ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun, u Toyota Auris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun ukoll.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>