Ilkoll aħwa.
Din hija t-tema magħżula għall-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta – żjara fuq jumejn, bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej.
Matul din iż-żjara, grupp ta’ studenti se jippreżentaw ġabra ta’ espressjonijiet artistiċi li għamlu huma stess għal din l-okkazzjoni importanti għall-poplu Malti u Ghawdxi.
Net News ħa l-kummenti ta’ Dun Ruben Gauci, illi spjegalna aktar dwar l-attività li ttellgħat it-Tlieta filgħodu fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat.
Matul l-attività ntwera wkoll filmat ta’ kunzunetta bl-isem ta’ “Franġisku” miktuba minn Augusto Cardinali li hija l-kanzunetta uffiċjali taż-żjara.
//= $special ?>