Il-biljunarju Russu Roman Abramovich – kollega antik tal-President Russu Vladimir Putin — kien preżenti għal-laqgħat bejn ir-Rappreżentanti tar-Russja u l-Ukrajna li saru ftit tal-ħin ilu fit-Turkija.
Madankollu, Moska enfasizzat li Abramovich ma jistax ikun ikkunsidrat bħala membru uffiċjali tad-delegazzjoni Russa fil-belt ta’ Istanbul u minkejja li l-biljunarju Russu qed jidher ċar fir-ritratti li ttieħdu waqt l-aħħar laqgħat mad-delegati Ukreni.
Roman Abramovich, b’kaġun tal-gwerra fl-Ukrajna, tilef l-assi tiegħu kollha fir-Renju Unit (b’riżultat ta’ sanzjonijiet) u li jinkludu t-tim tal-Premier League, Chelsea — iċ-Champions attwali tal-Ewropa.
Sadanittant, il-Kremlin ċaħad rapporti li Abramovich kien spiċċa vvelenat xi ġimgħat ilu bħala ‘parti minn gwerra tal-informazzjoni’. Il-Kremlin sostna wkoll li l-ivvelenar suspettat ta’ Abramovic waqt taħditiet għall-paċi aktar kmieni dan ix-xahar ‘ma għandu x’jaqsam xejn mar-realtà’.
//= $special ?>