Minkejja d-djalogu li għaddej bħalissa bejn id-delegazzjonijiet tal-Ukrajna u r-Russja, ftit hemm tama li l-Gvern Russu jista’ qed jaħseb biex jikkonkludi l-invażjoni tal-Ukrajna.
Dan waqt li kelliema għall-qawwiet Ukreni qalu li l-Armata Russa xorta qed torganizza ruħha għal offensiva kbira ‘ġdida’ biex taħtaf il-kontroll assolut ta’ Donetsk u Luhansk – iz-zoni prinċipali fir-reġjun tad-Donbas li ilhom mill-2014 taħt idejn is-separatisti favur Moska.
L-istess separatisti ilhom is-snin għaddejjin bi gwerra intensiva mal-Gvern tal-President Ukren Volodymyr Zelensky minkejja l-perjodu ta’ kalma relattiva b’rispett għall-Ftehim ta’ Paċi ‘għad-Donbas’ li kien intlaħaq ftit tas-snin ilu fil-Belarus.
//= $special ?>