Il-kelliem għall-Kremlin ta’ Moska, waqt intervista lill-Istazzjon PBS, qal li r-Russja lesta tirrikorri ‘biss’ għall-armi nukleari f’każ ta’ theddida ċara għall-eżistenza tagħha bħala pajjiż.
Il-kelliem, Dmitri Peskov , sostna wkoll li dawn l-armi mhumiex se jintużaw bħala riżultat tal-konflitt ta’ Moska mal-Ukrajna.
‘Għandna kunċett ċar ta’ sigurtà li jesiġi esklussivament għall-użu tan-nukleari ladarba Moska tkun ċerta dwar il-ħtieġa li telimina theddida konkreta u imminenti għar-Russja’, tenna Peskov waqt li kien qed jiddettalja l-versjoni tal-Kremlin dwar l-iżviluppi fil-gwerra tal-Ukrajna.
//= $special ?>