MALTA ……… 1
LITWANJA …. 3
Malta: C.Formosa, A.Vella, M.Ellul, C.Gauci, C.Zammit-Lonardelli, M.Grima, A.Garzia, A.Attard (J. Attard 81’), P.Mbong, J.Engerer(J.Zammit 74’), A.Zammit (J.Valletta 81’)
Litwanja: G.Baliutavicius, G.Zabita, A.Tutyskinas, V.Armalas, D.Jansomas, A.Dolznikov (D.Dovydaitis 69’), E.Gasiunas, G.Gineitis, T.Kalinauskas(B.Anisas 76’), N.Petkevicius (F.Steponavicius 83’), M.Burba (K.Kersys 83’)
Referee: T.Arnason
Fis-Centenary Stadium it-tim ta’ taħt il-21 sena tal-Litwanja kien b’saħħtu wisq għaż-żagħżagħ Maltin meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1. Il-Litwanja fetħu l-iskor fl-64 minuta meta minn cross ta’ Gvidas Gineits kien Christian Gauci li tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 1-0.
Fit-78 minuta il-Maltin kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Paul Mbong kien is-sostitut Joseph Zammit li xeħet fix-xibka għal 1-1. Madanakollu il-Litwanja reġgħu marru fil-vantaġġ meta kien Deividas Dovydaitis li għeleb lil Formosa għal 2-1. Fl-aħħar minuti tal-partita minn kontrattakk veloċi kien Faustas Steponavicius li kkonkluda fix-xibka għal 3-1.
//= $special ?>