Futbol Sport

Il-player Belġjan Miguel Van Damme jitlef il-battalja mal-leukemia

Il-player tal-futbol Belġjan Miguel Van Damme tilef il-battalja tiegħu mal-leukemia fl-eta’ ta’ 28 sena. Dan ħabbritu il-mara tiegħu Kyana wara li kien ilu jiġġieled din il-marda mill-2016. F’Settembru tal-2020, il-goalkeeper Belġjan ħabbar li wara li kien rebaħ darbtejn fuq din il-marda, irritornat għat-tielet darba. F’messaġġ fuq il-media soċjali l-mara tiegħu li għalkemm kien kuraġġuż u ġġieled din il-marda kemm-il darba, fl-aħħar rebħitlu. L-aħħar club li kien miegħu Van Damme, Cercle Brugge fi stqarrija qalu li se jżommu lil goalkeeper u lill-familja tiegħu f’moħħhom filwaqt li fakkruh bħala raġel ta’ ispirazzjoni għal ħafna oħrajn.