Futbol Sport

Il-Portugall u l-Polonja jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar

(Ritratt: EPA)

Immexxija minn Fernando Santos il-Portugall ma ddiżappuntatx u kif kien mistenni rebħet il-konfront dirett għal post fil-fażi finati tat-Tazza tad-Dinja. Dominju assolut kontra avversarju inqas ikkwotat u żewġ gowls mill-opportunist Bruno Fernandes kienu l-fatturi ewlenin fil-konfront f’Oporto. Dominju assolut mill-Portugall matul l-ewwel taqsima. Madankollu kien biss fit-32 minuta li fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Cristiano Ronaldo kien BRUNO FERNANDES li għeleb lil Stole Dimitrievski . Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fil-65 minuta kien mill-ġdid BRUNO FERNANDES li għeleb lil Dimitrievski minn pass ta’ Diogo Jota.

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Polonja biex għelbu u eliminaw lil Iżvezja b’mod li sabu post fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar aktar tard din is-sena. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-50 minuta Polonja fil-vantaġġ. Għal fawl ta’ Jasper Karlstroem fuq Gregorz Krychowiak, Daniele Orsato saffar penalty. Taħ ROBERT LEWANDOWSKI li għeleb lil Robin Olsen. Bi Żvezja jbatu biex iwettqu reazzjoni, Polonja approfittaw tant li fit-73 minuta kien PIOTR ZIELINSKI li mill-ġdid għeleb lil Olsen u għalaq il-partita. Id-Danimarka għelbu faċilment lis-Serbja bl-iskor ta’ 3-0.

Bla dubju din il-partita se tibqa’ mfakkra għar-ritorn ta’ Christian Eriksen fl-istadium li fih ikkolassa fil-partita mill-Euro 2020 kontra l-Finlandja. Huma fetħu l-iskor fil-15-il minuta meta minn corner ta’ Christian Eriksen, id-difiża Serba naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Joakim Maehle jitfa’ fix-xibka għal 1-0. Id-Daniżi rdoppjaw fit-53 minuta meta minn pass ta’ Pierre-Hojberg kien Jesper Lindstroem li xeħet fix-xibka għal 2-0. Ħames minuti wara kien Christian Eriksen li skorja t-tielet gowl għad-Daniżi fost emozzjoni kbira minn sħabu u mill-partitarji Daniżi fl-istadium.

F’partita oħra ta’ ħbiberija l-Ingilterra għelbu lil Kosta tal-Ivorju bl-iskor ta’ 3-0. L-Ingilterra marru fil-vantaġġ fit-30 minuta meta Raheem Sterling żmarka lil Ollie Watkins għal 1-0. Huma rdoppjaw ma’ tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Raheem Sterling, qabel Tyrone Mings bir-ras xeħet fix-xibka, għal riżultat finali ta’ 3-0.

Fil-Johan Cruijff Arena l-Olanda u l-Ġermanja temmew fi draw ta’ 1-1. Il-Ġermanja fetħu l-iskor fis-46 minuta meta Jamal Musiala għadda lejn Thomas Muller li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Madanakollu l-Olanda kisbu l-gowl tad-draw fit-68 minuta meta Denzel Dumfries żmarka tajjeb lill-attakkant ta’ Tottenham Steven Bergwijn għal 1-1.

KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA

Illum: Polonja v Żvezja 2-0, Portugall v N.Macedonja 2-0

PARTITI TA’ ĦBIBERIJA

Ilum: Danimarka v Serbja 3-0, Żvizzera v Kosovo 1-1, Belġju v Burkina Faso 3-0, Ingilterra v Kosta tal-Ivorju 3-0, Olanda v Ġermanja 1-1, Spanja v Iżlanda 5-0, Turkija v Italja 2-3, Franza v Afrika t’Isfel 4-0, Wales v Repubblika Ċeka 1-1