Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tabib Nikola Zammit, Siġġiewi, meta sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li ħabat ma korozzi oħrajn li kienu fit-triq fil-ħin tal-inċident.
Apparti s-sewwieq li tilef il-kontroll tal-vettura, jidher li ħadd iktar ma weġġa’ iżda filwaqt li s-sewwieq ittieħed għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>