Wara li tħabbar ir-rizultat tal-elezzjoni generali… issa l-istennija tkun għal dawk id-Deputati Laburisti li se jiffurmaw parti mill-Kabinett ta’ Robert Abela.
Ta’ min wieħed ifakkar li meta Robert Abela ħa l-kariga ta’ Prim Ministru ta’ Malta wara li rriżenja Joseph Muscat… għamel l-ikbar Kabinett fl-istorja ta’ pajjiżna… bi 17-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari.
U wara l-maġġoranza kbira li akkwista l-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, issa l-klikka tieghu ghandhom aktar sahha biex jieħu d-deċiżjonijiet li jridu – deċiżjonijiet li jafu jwasslu biex Ministri li kienu fil-Kabinett… jitħallew barra.
L-ewwel analizi li trid issir hija relatata ma’ min se jieħu post iż-żewġ Ministri li ma ġewx eletti… Evarist Bartolo u Jose Herrera, li f’idejhom kellhom il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Kultura. Bi Chris Fearne qed jissemma bħala s-suċċessur ta’ Evarist Bartolo…. għalkemm kif kien żvela Net News xhur ilu, Fearne jaf eventwalment jieħu post Helena Dalli bħala Kummissarrju Ewropew meta jispiċċa t-teminu tagħha iktar tard matul din il-leġislatura.
Chris Fearne li kien ir-rivali ta’ Robert Abela fit-tiġrija biex jieħdu post Joseph Muscat..jaf jitlef postu bħala Ministru tas-Saħħa – Ministeru meqjus bħal wieħed mill-iktar Ministeri importanti għal pajjiżna.
Mhux eskluż li postu jieħdu l-Kirurgu Għawdxi Jo Etienne Abela.
Fejn jidħol Għawdex, Anton Refalo x’aktarx jitħalla barra mill-Kabinett ta’ Abela, bi Clint Camilleri mistenni jerġa’ jinħatar Ministru għal Għawdex wara l-vot b’saħħtu li ġab fuq it-tlettax-il distrett.
Huwa mistenni wkoll li Ian Borg ma jibqax Ministru tat-Trasport. Dan wara li Abela – meta ħa t-tmexxija tal-pajjiz f’idejh fl-2020 – kien diġa naqqaslu mir-responsabbilta li kellu meta l-Ippjanar kien mexa għal taħt il-portafoll tal-Ambjent.
Jidher li Robert Abela se jippremja lil dawk il-kandidati li ġew eletti b’ammont kbir ta’ voti fuq żewġ distretti fosthom lil Owen Bonnici, Silvio Schembri, Miriam Dalli u Clyde Caruana … kif ukoll kandidati ġodda li kkontesetaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba u ġew eletti. Fosthom Keith Tanti Azzopardi, Chris Bonnett u Alison Zerafa Civelli, … b’oħt Lydia Abela mistennija li tkun aġevolata, bil-probabbilta tkun li tingħata l-portafoll tal-Edukazzjoni.
Għalkemm Keith Tanti kien wieħed mill-favoriti ta’ Joseph Muscat… Robert Abela għandu jdejh marbuta u għalhekk se jkollu jagħtih kariga minħabba l-ammont ta’ voti li ġab. Mhux eskluż ukoll li Chris Bonett jinħatar Ministru tal-Isport hekk kif huwa mistenni li matul din il-leġislatuira jkollna Ministru dedikat għall-isport biss….kif kien ilu jipproponi l-Partit Nazzjonalista.