Lokali

Jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Laburista

It-Tlieta filghaxija tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-Labour sabiex ikunu deċiżi d-Distretti li se jċedu dawk id-deputati Laburisti eletti minn żewġ distretti elettorali. Il-laqgħa, li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun,  bdiet għall-ħabta tas-6:30pm.

L-ismijiet tal-kandidati Laburisti eletti fuq żewġ Distretti huma Robert Abela, Ian Borg, Michael Falzon, Clifton Grima, Silvio Schembri, Clyde Caruana, Owen Bonnici, Miriam Dalli u Chris Fearne.

Net News huwa infurmat illi se jkun vot sigriet li jiddetermina d-distretti li se jċedu l-kandidati tal-Labour. Dan se jwassal biex jiżdiedu 10 deputati oħra ma’ dawk tal-Labour li diġà kkonfermaw posthom fil-Parlament.

Intant jidher li se tkun leġislatura fejn Robert Abela jerġa’ jibqa’ jaħrab lill-media. Dan wara li matul il-kampanja elettorali saritlu kritika qawwija mill-media indipendenti li Abela baqa’ qatt ma aċċetta li ssirlu interivista sħiħa. Dan għall-kuntrarju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li aċċetta kull stedina li sartilu.