Ilbieraħ, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex, quddiem il-Maġistrat Bridgitte Sultana , raġel ta’ 28 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Hu ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija, waqt li kien fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex, hedded, irreżista l-arrest, attakka u weġġa’ ħafif Surġent u żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kokaina, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika. L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat tnax-il xahar ħabs sospiżi għal sena flimkien ma’ multa ta’ €4,000.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
//= $special ?>