Futbol Sport

Rebħa komda għat-tim Malti fuq il-Kuwajt

(Ritratt: MFA)

MALTA ………………. 2

KUWAJT ……………. 0

Malta: H.Bonello, J.Borg, E.Pepe, S.Borg, J.Mbong, M.Guillaumier, D.Vella, A.Magri Overand, T.Teuma, A.Satariano, J.Degabriele

Kuwajt: K.Al Fadhli, A.Al Dhefiri, F.Al Hajeri, S.Al Sanea, M.Al Feneeni, R.Abu Jabarah, F.Al Rashidi, F.Al Otaibi, K.Al Fadhli, F.Al Ansari, E.Marzouq

Referee: Gary Thomas Owen

Assistenti Referees: L.Edwards, J.Bryant

Fl-istadium Nazzjonali it-tim nazzjonali Malti kiseb rebħa komda ta’ 2-0 kontra l-Kuwajt biex temmew l-impenji taħghom matul din il-waqfa mingħajr telfa. Fl-24 minuta il-Kuwajt viċin il-gowl tal-vantaġġ meta Henry Bonello inqabad barra iżda rnexxielu jdawwar f’corner. Malta fil-vantaġġ fit-28 minuta meta minn freekick ta’ Teddy Teuma kien Alex Satariano li approfitta, bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta u taqbeż il-linja għal 1-0.

Malta rdoppjaw fl-azzjoni ta’ wara meta fit-33 minuta meta minn pass insidjuż ta’ Alex Satariano kien Teddy Teuma li tefa’ fix-xibka għal 2-0. Fl-40 minuta wara azzjoni maħduma tajba fuq ix-xellug il-cross-shot ta’ Teddy Teyma għadda barra mil-lasti tal-goalkeeper tal-Kuwajt. Fl-44 minuta Jurgen Degabriele avvanza tajjeb iżda x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Al Fadhli.

Matul it-tieni taqsima it-tim Malti irnexxielu jikkontrolla tajjeb il-partita għal riżultat finali ta’ 2-0.