Rapport: Stewart Said
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 3
SIRENS MECCA MARIN…….. 9
(1-4), (2-3), (0-1), (0-1)
Sirens Mecca Marin komplew jibnu fuq ir-rebħa kontra Neptunes u din id-darba għelbu lil Birżebbuġa Freeport. Tripletta ta’ Ken Erdogan fl-ewwel sessjoni għenet lil Sirens jiksbu vantaġġ ta’ 4-1. Neil Cassar kien ġab id-draw momentarju minn man-up, bit-tim ta’ Pierre Borg ifalli tliet man-ups oħra fis-sessjoni.
Sirens baqgħu jikkontrollaw fit-tieni sessjoni hekk kif ma ħallewx lil Birżebbuġa jersqu anqas minn tliet gowls bogħod. Saħansitra għamlu l-iskor 7-3 permezz ta’ Jerome Zerafa Gregory. It-tieni parti tal-logħba kienet pjuttost kwieta, b’Sirens li baqgħu fil-kmand tal-logħba, tant li Birżebbuġa ma rnexxielhomx isibu x-xibka. Jacob Sciberras għalaq il-logħba b’gowl lejn nofs it-tielet sessjoni filwaqt li Zerafa Gregory issiġilla r-rebħa fl-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar (1), B. Grech, C. Mifsud, G. Mannino, D. Cutajar, S. Bezzina, K. Tanti (1), R. Spiteri (1), C.D. Borg
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (3), J. Sciberras (2), J. Zerafa Gregory (3), M. Aquilina, M. Chircop, I. Riolo, J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras, M. Bonello Dupuis
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
SLIEMA FRANK SALT….. 18
EXILES……………………….. 3
(2-1), (4-1), (5-0), (7-1)
Sliema Frank Salt komplew itawlu s-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi. Ir-rebħa kontra l-ġirien Exiles immaturat fit-tieni parti tal-logħba, hekk kif tul il-logħba qatt ma kienu minn taħt.
Liam Galea u Matthew Mifsud taw vantaġġ doppju lil Sliema fl-ewwel sessjoni. Sa nofs it-tieni sessjoni, Sliema kellhom vantaġġ ta’ 3-2 iżda gowls minn Benji Cachia, Dino Zammit u Jerome Gabarretta fit-tieni nofs tat-tieni sessjoni, kabbru d-distakk għal erba’ gowls.
Is-Slimiżi aċċertaw mit-tliet punti fit-tielet sessjoni, biż-żgħażagħ fit-tim jirnexxilhom isibu x-xibka perjodikament. Liam Galea (2), Kieyan Borg, Benji Cachia u Daniel Rizzo skorjaw il-ħames gowls. Fl-aħħar sessjoni, huma ma urew l-ebda ħniena u kabbru l-vantaġġ għal wieħed umiljanti, b’Jayden Cutajar u Benji Cachia jispikkaw b’żewġ doppjetti.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea (3), D. Rizzo (2), M. Meli, B. Cachia (4), J. Cutajar (2), M. Mifsud (1), J. Brownrigg (2), K. Borg (1), Z. Mizzi, D. Zammit, A. Theuma,
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina (3), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci
Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri
Logħob li jmiss
Għada
L-Ewwel Diviżjoni
Marsaskala v Valletta 6.15pm
Otters v Barracudas 7.20pm
Kampjonat Premier
Neptunes v San Ġiljan 8.25pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 4 4 0 0 58 15 12
San Ġiljan 3 2 0 1 33 18 6
Sirens 4 2 0 2 27 36 6
Neptunes 3 1 1 1 30 28 4
Birżebbuġa 3 1 1 1 29 47 4
Exiles 4 0 0 4 20 53 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 3 3 0 0 45 17 9
Marsaskala 2 2 0 0 33 8 6
Ta’ Xbiex 3 0 1 2 23 36 1
Otters 2 0 1 1 14 26 1
Barracudas 2 0 0 2 10 38 0
//= $special ?>