Is-Sezzjoni Ġimgħa l-Kbira ta’ Gwardamanġa –Pietà għal darba oħra qed torganizza għadd ta’ wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa Sala Yvonne, Triq Santa Monika, Tal-Pietà, sewwasew taħt iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima.
F’dawn il-wirjiet wieħed jista’ jara fost oħrajn sett statwi tal-passjoni, sepulkru, minjatura ta’ knisja b’sett ta’ statwi fiha, monument artistiku ta’ Kristu mejjet life size, Statwa ta’ kristu Rxoxt life size u mejda tal-aħħar ċena bi 13-il personaġġ life size fuq stil Barokk li hija għal kollox differenti minn imwejjed tal-Appostli li aħna mdorrijin naraw.
Il-wirjiet ikunu miftuħin mill-Ħamis 7 sas-Sibt 16 ta’ April 2022 bejn il-5.00pm u d-9.00pm. Minn Ħamis ix-Xirka sa Sibt il-Għid tkun miftuħa wkoll bejn id-9.00am u nofsinhar, filwaqt li f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija tibqa’ miftuħa sal-11.00pm.

