Fil-Camp Nou attendenza rekord ta’ 91,553 partitarju għall-partita tal-futbol tan-nisa hekk kif Barcelona għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 5-2, biex għaddew għas-semi finali tal-UEFA Women’s Champions League bi skor aggregate ta’ 8-3. Ir-rekord preċedenti ta’ attendenza f’partita futbol tan-nisa kien fl-2019, meta Barcelona lagħbu kontra Atletico Madrid fil-Wanda Metropolitano, b’attendenza ta’ 60,739.
Mapi Leon fetħet l-iskor għal Barcelona qabel gowls ta’ Olga Carmona u Claudia Zornoza tefgħu lil Real Madrid fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima. Madanakollu, gowls minn Aitana Bonmati, Claudia Pina, il-holder tal-Ballon d’Or Alexia Puetellas u Caroline Hansen taw rebħa mertitata lil Katalani.
//= $special ?>