Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS………………… 7
SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS……. 12
(2-5), (0-0), (1-3), (4-4)
San Ġiljan Mercury Towers komplew isegwu lil Sliema, b’rebħa ċara kontra Neptunes. Ovvjament li s-saħħa vera ta’ Neptunes ma tistax titkejjel f’din il-logħba. Minkejja li rritorna Alan Borg Cole, il-kowċ Jovan Popovic kellu neqsin lis-soliti Stevie Camilleri, Jake Muscat, Jeremy Abela u Alec Fenech.
Michael Spiteri Staines poġġa lil Neptunes fil-vantaġġ iżda Jake Bonavia ġab id-draw ftit sekondi wara, b’Nikolai Zammit jiskorja tripletta fi ftit ħin. Neptunes bdew it-tieni sessjoni bi żvantaġġ ta’ 5-2 u tul it-tieni perjodu pruvaw inaqqsu d-distakk. Madankollu ma ħadux vantaġġ minn erba’ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika.
San Ġiljan irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal 7-2, distakk li għamilha diffiċli biex Neptunes jirkupraw. Tul l-aħħar sessjoni, Neptunes pruvaw inaqqsu d-distakk iżda fl-erba’ okkażjonijiet li sabu x-xibka, San Ġiljan dejjem wieġbu warajhom u ħallew il-vantaġġ ta’ ħames gowls.
Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, S. Gialanze (2), G. Pace (1), J. Cachia, J. Spiteri Staines (1), M. Castillo (1), J. Camilleri, R. Galea (1), M. Spiteri Staines (1), D. Bugeja, Ma. Farrugia, Mi. Farrugia, J. Mallia, B. Zammit
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), D. Fero, R. Caruana (1), M. Zammit, M. Ortoleva, D. Tully, J. Bonavia (4), N. Zammit (3), D. Zammit (2), N. Schiavone (1), G. Vassallo, F. Scardino, K. Grech
Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele
MARSASKALA FISH AND FISH………. 4
VALLETTA IZIBET…………………………. 6
(1-2), (0-1), (1-2), (2-1)
Valletta Izibet saħħew posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Għalkemm ir-rebħa kienet meritata, Valletta ssugraw li jitilfu dak li ħadmu għalih. Parti mill-mertu tar-rebħa għandu joħodha l-gowlkiper Benji Busuttil li salva tliet penalties.
Kienu Marsaskala li fetħu l-iskor minn penalty ta’ Paul Privitera, sakemm Michele Mifsud dawwar l-iskor b’doppjetta. Daniel Paolella rdoppja l-vantaġġ bl-uniku gowl skorjat fit-tieni sessjoni.
Mifsud kompla jkabbar il-vantaġġ ta’ Valletta b’doppjetta oħra. F’mument mill-aħħar sessjoni, it-tim ta’ Joe Cremona kellu vantaġġ ta’ 6-2, iżda Raoul Greco u Mark Carani naqqsu d-distakk, bil-gowlkiper Busuttil salva penalty f’mument fejn setgħet ħalliet kollox inċert sal-aħħar.
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli (1), P. Privitera (1), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi, G. Sammut, J. Ciantar, M. Carani (1), A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca
Valletta: B. Busuttil. N. Farrugia, M. Pace, L. Hyzler, Z. Micallef, T. Said, D. Paolella (2), M. Mifsud (4), S. Micallef, A. Agius, K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice, J. Culic
Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri
OTTERS NIVEA……………………………… 10
BARRACUDAS……………………………….. 7
(3-1), (2-2), (0-1), (5-3)
Finalment waslet l-ewwel rebħa għal Otters Nivea f’dak li jista’ jitqies bħala konfront dirett. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin għal ħafna mil-logħba sakemm Otters fetħu distakk fl-aħħar sessjoni li Barracudas ma setgħux jirkupraw.
Doppjetta ta’ Luke Grech Carr għenet lil Otters jiftħu vantaġġ ta’ 3-1. Fit-tieni sessjoni, Luke Galea u Sean Aquilina naqqsu darbtejn id-distakk għal gowl. Madankollu Luigi Dimech żamm il-vantaġġ ta’ Otters għal żewġ gowls fiż-żewġ okkażjonijiet.
Luke Galea naqqas id-distakk għal 5-4 bl-uniku gowl skorjat fit-tielet sessjoni. Iżda fl-aħħar sessjoni, Otters skorjaw b’mod konsekuttiv fl-ewwel parti tas-sessjoni u għamluhom 9-4, distakk li Barracudas ma setgħux jirkupraw minnu.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna (1), L. Grech Carr (3), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (3), M. Farrugia, Z. Bartolo (2), G. Gatt Ellis, T. Ilmer
Barracudas: C. Bugeja, A. Piccione (1), A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino, S. Aquilina (1), L. Galea (2), D. Camilleri, S. Camilleri (1), A. Mifsud (2), T.J. Mifsud, M. Borg, J. Bugeja, N. Camenzuli
Referees: Stefan Licari, Neville Mercieca
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa
Kampjonat Premier
Exiles v Sirens 8.25pm
L-Ewwel Diviżjoni
Barracudas v Ta’ Xbiex 6.15pm
Marsaskala v Otters 7.20pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 4 4 0 0 58 15 12
San Ġiljan 4 3 0 1 45 25 9
Sirens 4 2 0 2 27 36 6
Neptunes 4 1 1 2 37 40 4
Birżebbuġa 4 1 1 2 29 47 4
Exiles 4 0 0 4 20 53 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 4 4 0 0 51 21 12
Marsaskala 3 2 0 1 37 14 6
Otters 3 1 1 1 24 33 4
Ta’ Xbiex 3 0 1 2 23 36 1
Barracudas 3 0 0 3 17 48 0
//= $special ?>