Lokali

Ċiklist milqut minn vettura mar-roundabout ta’ Fleur de Lys

Għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu, ċiklist ġie milqut minn vettura mar-roundabout ta’ Fleur de Lys.

Fuq il-post marru l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li vettura misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ tajjar ċiklist ta’ 36 sena minn Nadur, Għawdex li kien ġej minn Fleur de Lys direzzjoni lejn l-Imrieħel.

Minnufih issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti liċ-ċiklist. Madanakollu, dan irrifjuta li jmur l-Isptar.