Fl-art imdawla ta’ Malta, se nkun qed insegwi l-passi tal-Appostlu San Pawl, li ntlaqa’ fuq il-gżira b’umanità liema bħalha.
Hekk qal il-Papa Franġisku fi tmiem l-Udjenza Ġenerali ta’ dalgħodu, ftit jiem qabel iż-żjara li se jkun qed jagħmel f’pajjiżna.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li din iż-żjara se toffrilu opportunità unika biex jgħix l-esperjenza Kristjana li għal eluf ta’ snin sawwret lill-komunità tagħna.
Il-Papa Franġisku faħħar l-impenn li nilqgħu lil dawk li għandhom bżonn refuġju, filwaqt li appella lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jakkumpanjawh fit-talb tiegħu.
//= $special ?>