Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Mijiet ta’ maqtula f’Irpin li tinsab mill-ġdid f’idejn l-Ukreni

Is-Sindku fil-belt ta’ Irpin ( viċin ta’ Kiev) żvela mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali li nqatlu ‘il fuq minn 300 persuna fl-inħawi qabel il-qawwiet tal-Ukreni, din il-ġimgħa, ħatfu lura l-kontroll tal-belt lis-suldati Russi,

Oleksandr Markushyn qal li t-truppi Ukreni issa qed isaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom f’Irpin li kienet fost l-agħar zoni ta’ gwerra mal-militar tal-Kremlin lejn il-limiti tal-kapitali Ukrena.

Markushyn żvela wkoll li mal-50 membri tal-militar Ukren tilfu ħajjithom waqt il-battalji fl-inħawi u meta wħud mill-katavri għadhom maqbudin taħt tifrik ta’ bini.

Iżda l-qawwiet Russi xorta għadhom qed jibbumbardjaw l-inħawi ta’ Irpin u l-madwar minkejja li Moska qalet li ‘qed tnaqqas drastikament l-azzjonijiet militari madwar Kiev u fl-inħawi lejn it-Tramuntana tal-Ukrajna.