Futbol Sport

Il-Peru jikkwalifikaw għal playoffs… Il-Kolumbja u ċ-Ċile ma jagħmluhix

(Ritratt: EPA)

Il-Peru ikkwalifikaw għal playoffs tat-Tazza tad-Dinja fl-Amerika t’Isfel meta għelbu lil Paragwaj bl-iskor ta’ 2-0. Kienu gowl ta’ Gianluca Lapadula u Yoshimar Yotun li wittew it-triq għal rebħa importanti biex assiguraw il-ħames post fil-klassifika. Il-Brażil, l-Arġentina, l-Ekwador u l-Urugwaj kienu diġa assiguraw posthom fit-Tazza tad-Dinja. Minkejja dan ir-rebħa għal Peru fissret li l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tad-Dinja se tkun mingħajr il-Kolumbja u ċ-Ċile.

KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA – AMERIKA T’ISFEL

Illum: Bolivja v Brażil 0-4, Ċile v Urugwaj 0-2, Ekdawor v Arġentina 1-1, Peru v Paragwaj 2-0, Venezuela v Kolumbja 0-1