Fi Stabbiliment f’Birżebbuga saru il-weigh ins tas-26 edizzjoni tal-Gladiators fight night. Il-parteiċpanti li se jipparteċipaw f’dan l-avveniment ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom il-Qatar, il-Ġorġja, l-Iżvezja u l-Polonja.
L-avveniment se jinkludi 18-il ġlieda fosthom 3 bouts professjonali, 7 semi professjonali kif ukoll diversi bouts tal-kickboxing. Fost l-aqwa bouts tal-avveniment Mohammed Lilu se jiġġieled kontra Gracjan Pawel tal-Polonja filwaqt li Shaun Falzon u Samir Selmi se jiġġieldu fil-kategorija ta’ Professional K1.
Il-boxer Malti Adam Lamouz se jkun qed jiġġieled kontra Giorgio Nicole fil-kategorija tat-62 kg fil-klassi D. Mill-kategorija tan-nisa il-Maltija Maria Zammit se taffronta lit-Taljana Aurora Coloma filwaqt li Michela Mangion se tiġġieled kontra Mariah Baldacchino, fi ġlieda bejn żewġ boxers Maltin.
//= $special ?>