Lokali

Illum se jitħabbar il-kabinett ġdid ta’ Robert Abela

Fit-3:30 ta’ waranofsinhar il-Kabinett il-ġdid ta’ Robert Abela mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra f’ċerimonja uffiċjali fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Dan wara li tard it-Tlieta filgħaxija u kmieni l-Erbgħa filgħodu Abela sejjaħ lil diversi kandidati eletti Laburisti fl-uffiċċju tiegħu fil-Berġa ta’ Kastilja sabiex jinfurmahom dwar x’Ministeri se jkun qiegħed jafdalhom.

Fejn numru ta’ Ministri mistennija jżommu l-Ministeru tagħhom, b’uħud madanakollu se jkunu qed jaraw xi tibdil.